| Decision to safeguard Governments’ interest |
|
Press Release: 29/01/10 |
|
Zminijietna - Voice of the Left Zminijietna – Voice of the Left believes that all this, is driven by a policy which considers environment as second class in the development and progress of the country. We believe that to overcome the problem of climate change, we need a change in politics and mentality. David Pisani Id-decizjoni tal-MEPA thares biss l-interessi tal-Gvern Zminijietna – Lehen ix-Xellug tqies id-decizjoni tal-Bord tal-MEPA li jivvota favur ‘outline development brief’ ghal estenzjoni tal-power station gewwa Delimara bhala decizjoni perikoluza li sservi biss biex tnaqqas ir-responsabilta minn fuq spallejn il-Gvern u thalli l-Gvern bil-facilita li jinjora kull interess ambjentali li huwa wiehed serju. "L-investiment fl-estenzjoni ta' l-impjant li ser jithaddem fuq ‘heavy fuel oil’ ser johloq 10,000 tunnellata ta’ skart fis-sena. Dana ser jaffettwa mhux biss lil pajjizna, izda ser jaffettwa hazin pajjizi ohrajn li lejhom ser jigi trasportat u depositat l-iskart. Dana kollu jmur kontra l-vizjoni ta’ nvestiment f'sorsi nodfa ta' l-energija." “B’din id-decizjoni, nemmnu li l-Kumitat ghall-bidla fil-klima, li kien mahtur mill-istess Gvern sabiex jirricerka u johrog b'soluzzjonijiet favur investiment f'sorsi aktar nodfa ta' l-energija spicca umiljat u skartat mill-istess Gvern. L-esistenza tieghu llum saret wahda insinjifikanti, issa li problema ser tkun rizolta b’investiment f'impjant li ser jiggenera ammont kbir ta’ skart fis-sena. Ir-rakomandazzjonijiet li kien rressaq il-Kumitat lill-Gvern u lill-Ghaqdiet ambjentali, b'wahda minnhom li bhala pajjiz ninvestu fl-uzu tal-gass sabiex nilhqu il-miri Ewropej, kollha gew skartati b'din id-decizjoni." Zminijietna – Lehen ix-Xellug temmen li l-politika tal-Gvern prezenti tikklassifika l-ambjent u sahha tan-nies bhala ta’ tieni klassi. Ahna nemmu li biex tingheleb il-problema ghall-bidla fil-klima, jehtieg bidla fil-politika u l-mentalita.
David Pisani |
|