| Zminijietna calls on MEPA to revise local plans |
|
Press Release: 10/02/10 |
|
Zminijietna - Voice of the Left Zminijietna – Voice of the Left, an official member of MEPA’s nature group of NGO’s, called on MEPA to seriously revise local plans to eliminate loopholes and discrepancies. Zminijietna tappella l-MEPA biex tirrevedi l-pjani lokali. Zminijietna – Lehen ix-Xellug, li hija membru ufficjali fil-grupp ta' l-ambjent appellat il-MEPA biex b'mod serju u b'konvinzjoni tirrevedi l-pjanijiet lokali b'mod li d-diskrepanzi li jezistu fil-pjanijiet lokali jigu rrangati u emendati. "Aħna nemmnu li l-pjanijiet lokali qed jservu bħala ghodda biex jinhargu permessi barra żona ta' l-iżvilupp. Huwa ta' ghib li l-membri tal-bord tal-MEPA qed jużaw din id-diskrepanza fil-pjanijiet lokali biex jiffavorixxu żviluppi barra z-żoni ta' l-iżvilupp. Riċentament kellna diversi kazijiet ta' permessi mogħtija f'żoni barra l-konfini ta' 'żvilupp, bħall-każ fil-belveder ta' Qala u l-estensjoni ta' lukanda Seabank gewwa l-Ghadira." Żminijietna se tkompli taghmel pressjoni lill-MEPA biex jkollna reviżjoni tal-pjanijiet lokali b'mod li zoni barra linja ta' l-izvilupp jkunu ssalvagwardjati kompletament minn aktar żviluppi. Aħna nħeġġu lil diversi organizzazzjonijiet ambjentali, soċjali u politiċi sabiex jappoġġjawna f'dan ir-rigward. David Pisani |
|