| Zminijietna espremiet l-opposizzjoni ghall-estenzjoni ta’ presidenza ta’ Barroso |
|
Press Release: 15/09/09 |
|
Zminijietna - Voice of the Left Zminijietna – Lehen ix-Xellug appellat lill- membri Parlamentari Maltin fl-Ewropa biex ma’ jurux fiducja fil-presidenza ta’ Barroso u jivvutaw kontra fil-vot li ghandu jittiehed ghada l-erbgha 16 ta’ Settembru. “Dana ghalfatt li l-politika ta’ l-Presidenza ta’ Barroso ma’ baqghetx favur Ewropa Socjali, imma saret favur Ewropa neoliberali li hi bbazata fuq suq tax-xoghol prekarju, politika ambjentali li tiffavorixxi lis-settur kummercjali milli dak ambjentali u socjali, aktar privatizzazzjoni u zmantellar ta’ servizzi pubblici.” Zminijietna taqbel ma’ l-ghajta ta' Grupp ta' l-Hodor u l-Blokk Xellugi fil-parlament Ewropew li hi favur Presidenza Ewropeja li tbiddel ir-rotta ghal Ewropa Socjali. David Pisani |
|