Riforma dwar il-ligi tal-kera - Alfred Vella

l-Orrizont, 19ta' Jannar 2009

 
Dan l-ahhar fil-Parlament giet diskussa ir-Riforma fil-ligi tal-kera. Zminijietna - Lehen ix-Xellug tqies li jekk ir-riforma ma' tkunx imfassla tajjeb, ser jinholqu diversi problemi socjali. Ghalhekk nemmnu li kull tip ta' familja ghandha tibbenefika mill-proposti, inkluz dawk f'koabitazzjoni, single-parents u koppji ta' l-istess sess. 
 
Il-proposti tal-Gvern ghandhom jaghmlu gustizzja mas-sidien tal-propjetajiet li nkrew qabel l-1995, izda mhux askapitu ta' li qed jghixu fihom. Nilqghu il-fatt li t-tfal li jghixu f'dawn il-propjetatjiet u li jaqilghu inqas minn Euro 25,000 jistghu jibqghu jghixu fihom. Dan ser jissalvagwardja is-sigurta' ta' dawn il-persuni. Skond proposta ricenti minn naha tal-Gvern fil-parlament, it-tfal biex jakkwalifikaw fir-riforma jridu jkunu ilhom jghixu fid-dar ghal ta' l-inqas l-ahhar hames snin. Zminijetna tissapportja l-appell tal-Partit Laburista sabiex dan it-terminu ta' zmien ta' hames snin fuq l-ulied ma' jiddahhalx sabiex tfal bi problemi familjari jew socjali ma' jigux zvantaggati. 
 
Zminijietna temmen ukoll li ghaqdiet politici u socjali bhall-ghaqdiet mhux governattivi u ghaqdiet volontarji ghandhom igawdu minn din ir-riforma u ma jigux suggetti ghall-ligi tas-suq fil-kirjiet. Dan ghaliex dawn l-ghaqdiet qed jaghtu kontribuzzjonij socjali lis-socjeta', liema kontribuzzjoni m'hijiex wahda li taghmel profitt". 
 
Zminijietna tqies li r-riforma fil-ligi tal-kera ghandha tkun akkumpanjata minn riforma fil-politika dwar il-housing socjali sabiex il-Gvern ikun jista' jghin lil dawk verament fil-bzonn, inkluz dawk li jixtru propjeta' ghall-ewwel darba u dawk li jidhlu fl-eta' ta' penzjoni.  Responsabilta statali ghandha tkun parti integrali f'dan il-qasam. 


Other Articles Main Page