Tislima lil-Fidel Castro – Andre' Damato |
|
L-Orizzont, 28 ta' Frar 2008 |
|
F’ Settembru li ghadda kelli l-opportunita li nzur Kuba mal-brigata Ewropeja li ssir kull sena, f’isem il-Malta-Kuba. Ghalkemm ma kellix ic-canz nara lil Fidel inniffsu, kelli l-opportunita li nara b’ghajnejja l-frott tar-revoluzzjoni Kubana, li taghha Castro kien l-figura principali ghal dan l-ahhar nofs centinarju. Kuba llum ghalkemm mhux pajjiz perfett, jew xi genna socjalista, tgawdi min rata t’alfabetismu ta’ l-fuq min 97%. Dan permezz ta’ sistema edukattiva vasta u universali, li mhux talli hija b’xejn, izda l-istudenti ghandhom l-opportunita li minn eta’ sekondarja jghixu f’kulleggi ffinanzjati mill-istat. Tgawdi wkoll minn rata ta’ mortalita infantili ta’ kwazi 6% u medja ta’ tul tal-hajja tal-fuq min 77.6 sena, dan permezz ta’ sistemi tas-sahha socjali b’xejn u universali. Dawn is-servizzi socjali ta’ sahha u edukazzjoni huma fost l-ahjar tad-dinja, u dan hu kkonfermat minn istituzzjonijiet indipendenti bhall-Gnus Maqghuda. Naghlaq billi ninaqghad mal-poplu kuban u ma miljuni kbar ohra fid-dinja billi nirrigrazzja u nsellem lil Fidel Castro li tant hadem sabiex l-poplu tieghu u ta’ pajjizi ohra jinqalghu mil-faqar u l-mizerja u jgawdu hajja ahjar. |
|