Malta qed tistenna muntanji ta’ fliexken tal-plastik - David Pisani |
|
It-Torca, 13 ta' Jannar 2008 |
|
L-introduzzjoni ta’ fliexken tal-plastik fis-suq Malti ghal xorb minerali ser jirrizulta f’muntanji ta’ skart tal-plastik, li johloq hsara ambjentali u lis-sahha tan-nies. L-Unjoni Ewropea ma hallietx lil Malta zzom is-sistema precedenti fejn ma setax ikun hemm fliexken tal-plastik ghal xorb minerali. Din is-sistema kienet ekologikament sensibbli, ghax hafna fliexken tal-hgieg kienu jigu ritornati lura. F’isem is-suq hieles u neo-liberalizmu, l-UE qalet li Malta kienet qed tiddiskrimina kontra fliexken tal-plastik. Ir-rizultat ser ikun miljuni ta’ fliexken tal-plastik fil-landfills ta’ Malta, li diga’ ghandhom piz kbir hafna fuqhom minhabba skart eccessiv. Minbarra l-piz finanzjarju fuq l-istat, dan ser jirrizulta fi hsara lill-ambjent u lis-sahha tan-nies. |
|