Ghedewwa tar-Rugini – Andre’ Damato |
|
l-orizzont, 03/04/08 |
|
Sittin sena ilu l-psikologista Amerikan Frederic Skinner kien halaq magna li b’esperiment semplici seta jifhem ahjar l-imgiba kkondizjonata tal-hamiem. L-esperiment beda billi numru ta’ hamiem maghluqin separatament f’gaggeg vojta (minghajr ikel u ilma) kellhom buttuna li meta din tinghafas, taqa palletta tal-ikel hdejn il-hammiema. Il-hammiem fi spazju restritt u bil-guh ma tantx damu wisq biex fehmu kif jahdem l-apparat, u xhin riedu l-ikel ghafsu l-buttuna. Wara dan, Skinner issetja l-magna biex titfa l-ikel b’mod fortuwitu (random), fejn did-darba l-hammiem kulma ried jaghmel huwa li jistenna l-hin jghaddi sabiex jinzel l-ikel. Izda dawn ghamlu diffenti... halqu dik li Skinner isejjah ‘Superstizzjoni’. Jekk inzerta li ghal xi hamiema partikolari, qabel waqghat il-palletta habat li kienet qieghda taghti b’rasa jew ezempju iccaqlaq demba, din ghamlet konness bejn ic-caqlieq tar-ras jew tad-demb u l-migja ta’ l-ikel. Ghalhekk wara il-hamiema irrepetiet din l-imgieba sabiex ikollha iktar ikel. Iktar mghadda l-hin u nzerta li rega gie l-ikel wara li ghamlet il-mossa partikolari, din il-konessjoni infurzat f’mohh il hamiema u din kompliet l-istess movumenti tul l-esperiment kollu. Sfortunatament il-bniedem ghandu mnejn ma tantx imur hafna ahjar mil-hamiem… Il-bniedem normalment jippreferi li tkun tezisti forza spiritwali li tikkawza u torganizza d-dinja ta’ madwaru, u li b’hekk ikun jista’ jfisser id-dinja kumplessa u ta’ varjeta b’mod semplici. U jekk il- bniedem f’mohhu johloq dinja fuq mudell mistiku li hu jimposta fuq ir-realta dan issejjah lilu nniffsu spiritwali. L-biologija t’annimal, inkluz il-bniedem, tpoggi quddiemu zewg possibiltajiet ta’ zbalji fundamentali li huwa jista’ jaghmel fit- tkattir tas-speci tieghu (jew ahjar tal-gene tieghu) tul l-evuluzzjoni. Dawn huma li: 1) jew ma jaghrafx disinn meta dan jezisti (ezempju li ma tip ta’ haxix partikolari jghix tip ta’ insett li huwa ikel facli ghalih) jew min- naha l-ohra, jaghraf disinn meta dan ma jezistix, cioe’ s-superstizzjoni. Il-predugizzju kontra s-suggetti tax-xjenza u x-xjenza inniffisha huwa evidenti fil-pajjizi Ewropej u l-Istati Untiti, f’pajjizna fejn in-numru ta’ studenti li jistudjaw ix-xjenza huwa dejjem limitatissimu is-sitwazzjoni hija aktar inkewetanti. Hafna huma li jaraw l-agenda postmornesista emposta fuq is-sistema edukattiva bhala wiehed mil-kaguni sottili ta’dan; li l-bniedem sar jaghti aktar importanza lis-sentimenti privati tieghu milli lir-raguni bbazata fuq l-evidenza. Xi relattivisti jaghzlu wkoll li jaraw lix-xjenza egwalment valida daqs kull sistema li tipprova tispjega l-fenomini tad-dinja. Il-medja lokali ddecidiet li tkompli tkahhal il-paradimma tas-socjeta’ bbazata fuq is-superstizzjoni, l-fidi u l-aljenazzjoni, u minflok m’ghazlet li tipproduci jew tikri materjal li jghinu sabiex niksbu civilta aktar razzjonali, ghazlet li titratta d-dinja tal-madwar fuq livell superflu, bbazat fuq il-vox-pops, oroskopji, cerimonji, celebretajiet u konsumerizmu. L-istat u l-korpi responsabli kollha ghandhom jahdmu sabiex pajjizna jersaq lejn socjeta’ ibbazata fuq is-sahha tal-logika, l-osservazzjoni u l-evidenza. Dan ma jintlahaqx billi tholl il-vit tal-fondi u zzid ftit miljuni lejn il-kawza, biss. Izda bi pjan holistiku li jolqot kull aspett tas-socjeta ikluz l-edukazzjoni, l-kultura u l-medja. Huma madwar ghoxrin sena li ghandek bzonn sabiex teduka generazzjoni wahda tal-populazzjoni. Ghalhekk, jekk il-vera irridu nimxu l-quddiem ejjew nitfghu lil pajjizna sew fuq il-linji tat-tren tal-Illuminazzjoni li beda fis-seklu tmintax fid-direzzjoni ta’ sistema sekulari ibbazata fuq ir-raguni u x-xjenza, fejn l-forzi politici f’pajjizna jinghaqdu flimkien sabiex jitnehha dan l-insett parassit mis-sistema edukattiva. Ktieb li nissogerixxi lil dawk interessatti dwar il-problema tal-fidi u s-superstizzjoni huwa; The God Delusion ta’ Richard Dawkins jew sensila ta’ dokumentarji maghmula minn Channel 4 u BBC – Horizon fuq l-istess tema. Parti minn dan l-artiklu huwa bbazat fuq dawn l-istess sorsi. Behsibni wkoll nuri xi dokumentarji fuq dit-tema fil-futur qrib, dawk kollha interessati ghandhom jaghmlu kuntatt fuq: andre.damato@gmail.com | 79370523
|
|