Esperjenza gewwa Kuba – Andre’ Damato |
|
L-Orizzont, 24 ta’ April 2008 |
|
F’ Settembru li ghadda jiena flimkien ma’ Malti iehor morna tliet gimghat gewwa Kuba biex nippartecipaw fil-brigata Jose Marti, f’Caimito gewwa Havana. Din l-attivita ssir darba fis-sena, fejn ghaliha jattendu zghazagh biss minn madwar l-Ewropa kollha kemm membri t’ghaqdiet u kemm bhala individwi. Ahna konna f’isem l-Ghaqda Hbiberija’ Malta-Kuba. Il-participanti kienu jammontaw il-fuq minn 170, u l-ikbar kontingenti kienu dawk ta’ l-Italja, Spanja u l-Ingilterra. L-attivitajiet kienu tahlita, fosthom laqghat m’organizzazjonijiet u istuzzjonijiet lokali, konferenzi u diskussjonijiet qosra dwar il-politika ta’ Kuba, zjajjar ta’ postijiet kulturali u socjali, hidma volontarja fl-agrikoltura, zjajjar ta’ fabbriki tas-sigarri u tar-rum, mixjiet gol-kampanja u foresti tropikali, zjajjar ta’ muzewijiet bhal dak tar-revoluzzjoni, tax-xjenza naturali, u tas-sigarri. Zorna wkoll ic-centru ta’ Havana kemm il-parti l-antika u kemm il-parti moderna ghal iktar minn darba fejn rajna l-hajja tan-nies fl-ibliet u tkellimna maghhom. Morna wkoll f’postijeit merkantili u turistici u postijiet ohra t’interess. Xi whud minnha ghazlu wkoll li jmorru gurnata f’ Santa Klara, l-post fejn sehhet l-ahhar battalja fir-revuluzzjoni Kubana, u fejn illum hemm il-fdalijiet ta’ Che Guevara. Kellna l-opportunita li niltaqghu mal-veterani tar-rivoluzzjoni, mal-ghaqda studenti universitarji, m’ghaqdiet taz-zghazagh kubani, nzuru skejjel sekondarji u post-sekondarji, sptarijiet u child care centres; positjiet li ma tantx tista t’esperjenza meta zzur pajjiz bhal semplici turist. Rajna wkoll li nsibu cans mmorru nghowmu fil-bahar karribew f’bajja kbira fil-vant ta’Havana, ghomna wkoll fi-xmara naturali li taghti ghall- kaskata f’bidu ta’foresta zghira. Il-hajja gewwa Kuba, ma tantx hija gholja ghat-turisti, specjalment meta tixtri minn hwienet li juzaw il-kubani, ghalhekk stajna nghaddu dawk it-tliet gimghat bi ftit spejjez, peress li wkoll kellna l-akkomodazzjoni u ikel provduti mil-brigata. L-ispiza maggura kienet dik tal-biljett ta’ l-ajru, peress li kellna naqbdu zewg ajruplani ghal Kuba. Personalment din l-esperjenza apparti milli kienet wahda sabiha posittiva hafna, kienet wahda li tghallimt hafna minnha. Tghallimt fuq Kuba u s-sistema politika taghha, politika fis-sens gererali ta’ dak prattiku u kif ukoll ideologiku. Fl-istess hin servietni bhala vakanza memorabli differenti ghal kollox mill-ambjent Eworopej. Ghamilna kuntatti u hbiberiji godda fuq livell individwali kif ukoll fuq livell t’ghaqdiet. Din is-sena tahbat il-hamsin sena mir-rivoluzzjoni Kubana u l-brigata se terga ssir, din id-darba bejn is-6 u l- 21 ta’ Lulju, fejn xi attivitajiet mistennija jkunu marbutin ma’ dan l-avveniment storiku ta’ l-anniversajru. L-grupp ta’ Maltin li se jippartecipaw mistenni jkun ikbar u diga’ beda jinghaqad. Dawk kollha li jixtiequ iktar informazzjoni jew taghrif fuq il-brigiata jistghu jaghmlu kuntatt mieghi personali fuq commando@maltanet.net jew 79370523 |
|