Populizmu
F’Malta tezisti art fertili ghal populizmu. Dan ma jfissirx li Malta hi xi eccezzjoni f’l-Unjoni Ewropea. Bizzejjed inharsu lejn x’tip ta’gvernijiet jezistu fil-Polonja u fis-Slovakja. Bizzejjed naraw is-sahha tal-lemin estrem f’l-Italja u fil-Belgju. Madankollu f’bosta pajjizi Ewropej tezisti wkoll kultura liberali, sekulari u progressiva b’sahhita. Jesizti kunsens Ewropew b’sahhtu favur id-drittijiet tal-bniedem u mudell socjali inklussiv. F’Malta l-lemin populista qed jikber go vakum ideologiku. Il-kozmopolitanizmu li jikkareterizza bliet kbar bhall Londra ghadu aljen ghal Malta. Ghal kuntrarju ta’pajjizi Ewropew Malta m’ghaddietx minn rivoluzzjoni liberali immexxija mill-borgezija. Hlief fis-snin ghoxrin qatt ma rajna alleanza bejn ix-xellug u elementi progressivi fil-klassi tan-nofs favur iktar ftuh u modernizmu. Il-glieda ghal modernizmu dejjem giet posposta u qatt ma ntrebhet.
Liberalizmu
Internazzjonalment il-kelma liberalizmu illum il-gurnata hi hafna drabi assocjata ma neo liberalizmu ahrax li xi drabi hu propost minn partiti konservattivi. Berlusconi li xejn m’hu liberali fil-qasam tad-drittijiet individwali u ghazliet morali jiftahar li hu liberali. Madankollu fil-kuntest Malti il-glieda ghall-liberalizmu klassiku, dak li jrid distinzjoni bejn stat u knisja u li jdahhal sens ta’meritokrazija f’socjeta b’ hafna relikwi fewdali ghadu validu. Quddiem il-mewga tal-populizmu jinhass bzonn li l-elementi liberali u xellugin iridu jartikolaw diskors alternattiv u effettiv.
Immigranti
Bla dubju tezisti problema. Bla dubju wiehed ma jistghax ma jaqbilx mal-burden sharing bejn il-pajjizi kolla Ewropew. Madankollu ma ninsewx li l-ikbar ghedewwa tal-burden sharing m’humiex il-hodor, il-liberali, x-xellugin u s-socjalisti izda huma l-partiti tal-lemin. Ma ninsewx ukoll li Malta ghanda obbligi internazzjonali li japplikaw f’kull cirkustanza. Ma nistghux qatt nissospendu xi dritt fundamentali b’rikatt. Dan it-tip ta’rikatt johloq stmerrija fost dawk li l-iktar lesti biex jghinuna. Fl-istess hin Malta tista issib modi ohra ta’pressjoni minghajr ma tilghab fuq il-hajja tal-povri li jaqsmu l-Mediterran. Tista’ tezercita pressjoni meta jittiehdu decizjonijiet li jirrekjedu l-unanimita. Fl-istess hin l-immigranti dejjem se jkunu maghna. L-ghazla hi bejn politika ta’ multikulturalizmu bbazat fuq id-djalogu jew politika li tohloq ghettoes ta’nies irrabjati. Bla dubju hemm valuri sagrosanti f’socjeta sekulari u liberali li min jigi fostna irid jirrispetta. Izda bla dubju wkoll hemm spazzju ghal pluralita kulturali. L-importanti huwa li jkun hemm djalogu.
Faxxizmu
Il-faxxizmu ma jfissirx ammirazzjoni ghal Hitler u Mussolini. Dawn illum intnessew. Il-faxxizmu jfisser hafna affarijiet ohra fosthom lealta assoluta lejn in-nazzjon, miti foloz ta’identita wahda li trazzan lill-identitajiet l-ohra u herqa biex jigu mcahhda d-drittijiet civili jew fundamentali ta’ gruppi partikolari. Hemm hafna faxxizmi; faxxizmu kontra l-lhud, faxxizmu kontra l-gharab, faxxizmu kontra l-immigranti, faxxizmu kontra l-omosesswali... Mhux il-faxxizmi kollha jaqblu u mhux bilfors jimmanifestaw ruhom fil-folklor tas-snin ghoxrin. Hemm minnhom antiklerikali u hemm minnhom li jaspiraw ghal passat medjevali. Hemm minnhom li jemmnu fl-intervent tal-istat fl-ekonomija u hemm minnhom li jridu suq hieles. Izda fil-glieda ghall-egomonija l-faxxisti dejjem kellhom kapacita jaddattaw rwiehom ghas-sitwazzjoni. Mhux kull min jissieheb ma movimenti tal-lemin huwa faxxist izda kull min jitbieghed mil kultura liberali ikun qed jiftah il-bibien ghal faxxisti.
|