Biex Malta ssir Pajjiz Normali - James Debono |
|
Zminijietna Harga Lulju – Settembru 2007 |
|
Ghal bosta ragunijiet storici kemm kulturali, kemm ekonomici u kemm socjo politici Malta ghaddiet minn zvilupp politiku differenti mill- kontinent Ewropej. Fost ir-ragunijiet li iddevjaw l-izvilupp politiku Malti insibu l-kolonjalizmu, s-sahha politika tal-knisja Kattolika, s-sistema mifruxa ta’patrunagg, d-duopolju politiku sterili, n-nuqqas ta’ borgezija dinamika u d-dominanza ekonomika tal-industrija tal-kostruzzjoni. Minnkejja dawn il-fatturi li jghatu bixra retrograda lill-istruttura socjali ta'pajjizna, Malta irnexiela tibni ekonomija li trendi, xibka socjali li tinkludi servizz tas-sahha ta’livell u sistema demokratika mimlija difetti izda li waslet ghal stabilita bazika. Fuq kollox Malta irnexiela ssir membru tal-iktar blokk politiku progressiv fid-dinja ta’llum; l-Unjoni Ewropea. Madankollu id-dhul ta’Malta fl-Unjoni Ewropea accenwa wkoll dawk il-fatturi li jaghmlu l-Malta pajjiz mhux normali. Ovvjament il-kejl ma jistghax ma jkunx dak Ewropew. L-ewwelnett Malta tibqa’ pajjiz fejn il-meritokrazija ghada ma gitx stabilita bhala mod ta’ghixien dejjiemi. Dan iwassal biex Malta tarmi hafna mit-talenti li ghanda. F’kuntest Ewropew dan jista jwassal anki biex in-nies jitilqu jahdmu f'pajjizi ohra. Fattur iehor li jaghmel lil Malta specjali hu n-nuqqas ta’disktakk bejn stat u knisja u sens ta’impozizzjoni ta’ interpretazzjoni wahda tal-verita. Dan iwassal biex drittijiet civili li huma mehuda bhala n-norma f’pajjizi ohra ghadhom suggett ta’kontroversja. Flok zdied il-ftuh minn meta Malta saret membru fl-Unjoni Ewopea assistejna ghal migja ta’gruppi b’agenda fundamentalista li sahansita qed jisfidaw id-dritt li generazzjonijiet futuri jiddeterminaw il-futur taghhom. Dan jista jkun reazzjoni ta'biza issa li Malta trid bilfors tqabbel lilha nfisha ma pajjizi zviluppati. Barra minn hekk tezisti problema qawwija ta’illiterizmu politiku u toleranza qawwija ghal valuri patriarkjali u razzisti. Wasalna fl-assurdita li jkun hemm politici li jiproponu is-segregazzjoni razzjali fuq il-karrozzi tal-linja. Wasalna fl-assurdita li Ministru jipprezenta petizzjoni iffirmata mill-kazini tal-banda biex ibiddel il-kostituzzjoni. Ghalhekk f’dan ix-xenarju jinhass bzonn ta’vuci qawwija politika favur modernizmu li mhux biss jikkumbatti l-pregudizzji morali izda jgib mieghu dak il-ftuh mehtieg ghal socjeta miftuha li thares lejn orizzonti godda u mhux tibqa maghluqa fija nfisa. Hu fatt storiku li socjetajiet maghluqa fihom infusom huma iktar suxxetibli ghal deklin generali waqt li socjetajiet miftuha u inkluzivi ghandhom iktar energija u dinamizmu. Socjetajiet patriarkjali, razzisti u omofobici diga qed icahhdu l-pajjizhom mill-energiji ta’ hafna individwi. Fosri dan jidher kliem fl-ajru specjalment meta wiehed iqis li parti sostanzjali tal-popolazzjoni hi iktar koncernata minn kwistjonijiet materjali. Madankollu wiehed irid jiftakar li hafna problemi socjali huma wkoll rizultat ta’nuqqas ta’inkluzjoni ta’gruppi socjali emarginati. Perezempju Malta hi l-inqas pajjiz li ghandu nisa jahdmu fl-Unjoni Ewropea. Investiment socjali qawwi f'day care centres sussidjati ghall- poplu hi ezempju ta'politika socjali illuminata. Malta hi wkoll wiehed mil ftit pajjiz fejn persuni li jghixu minghajr ma jizzewgu ma jgawdux minn drittijiet bazici. Bla dubju fil-glieda ghall-modernizazzjoni wiehed m’ghandux jarmi t-tarbija flimkien mal-ilma tal-banju. L-istat socjali ghandu jkun parti mill-process ta’tigdid u normalizazzjoni ta’ Malta bhala pajjiz Ewropew. Anzi minghajr l-intervent tal-istat hafna mir-riformi li semmejt fuq ma jistghux isiru. Fl-istess hin dan m’ghandux iservi bhala skuza biex jinzammu strutturi ta’ patrunagg u korportatizmu li jkomplu jraznu l-forzi produttivi u l-kreattivita ta’ kull individwu. Ghalhekk wiehed ma jistax ikun allergiku ghal kelma liberalizazzjoni specjalment f'setturi fejn illum insibu monopolji privati. Fl-istess hin s-servizzi publici ghandhom jissahhu u mhux jinbieghu bir-ribass. Minnkejja differenzi storici u anki kulturali profondi wiehed ma jistax ma jharisx lejn Spanja socjal demokratika ta'Zapatero bhala mudell ta’tigdid nazzjonali, inkluzjoni socjali u ftuh ekonomiku f'qafas ta'harsien socjali. Mhux sorpriza wkoll li Spanja illum qed tikber ekonomikament. |
|
| Articles Main Page | |