Il-11 ta’ Settembru u l-vera sinifikat tieghu - Victor Degiovanni |
|
Zminijietna Harga Lulju – Settembru 2007 |
|
Ergajna b’tifkiriet ghal vittmi tat-tragedja mmdemija li grat fil 11 ta’ Settembru ta’ 2001. gewwa l-belt ta’ New York. Pero ta’ l-iskantament, hadd ma jfakkar il-massakru imwettaq mill-klassi dirigenti ta’ l-Istati Uniti gewwa Cili fil-11 ta’ Settembru ta’ 1973. L-Istati Uniti li mill-bidu nett tat-twelid taghha kienet dejjem ta’ tehdida ghal-pajjizi l-ohra, qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, permess tal-Monroe Doctrine kienet tindahal fl-isferi taghha jigiefiri fl-Amerika ta fuq, tan-nofs, u isfel fejn cahhdet popli shah mill-aspirazzjonijiet ghal-helsien taghhom, u dejjem installat diversi regimi dittatorjali puppazzi taghha, ghaliex hekk kien jaqbel ghal-interessi dejqa tal-klassi kapitalista, li bhal f’kull pajjiz iehor tal-punent, hija l-klassi dirigenti. Ta min issemmi dittaturi bhal Fulgencio Battista gewwa Cuba u Trujillo fir-Rebublika Dominikana u Pinochet fic-Cili, maghhom lista li ma tispicca qatt fil-pajjizi ta’ l-Amerika Latina, u meta l-popli ta’ dawn il-pajjizi qamu kontra dawn id-dittaturi pupazzi, l-Istati Uniti dejjem baghtet il-morini, sabiex terga tikseb il-kontrol tas-sitwazzjoni. Illum permess ta’ l-ezempju Kuban li kien irnexielu jehles mil madmad imperjalista Nord Amerikan, qedhin naraw Gvernijiet Progressivi fil Venezwela u fil-Bolivia u qawmien min popli ohra f’dan ir-regjun. Bi skuza tal-11 ta’ Settembru l-Istati Uniti bidet l’hekk imsejha gwerra kontra t-Terrorizmu. Rajna l-invazjonijiet kemm ta’ l-Iraq u kif ukoll ta’ l-Afganistan. Ir-ragunijiet veri ta’ dawn l-gwerrer, mhumiex l-atti vjolenti tal-11 ta’ Settembru, imma r-rizorsi naturali li ghandhom dawn il-pajjizi. Hawnhekk wiehed ma jinsiex ukoll il-vittmi innocenti li mietu bil-bombi tal-forzi ta’ l-Istati Uniti u l-ohrajn komplici maghhom. Bl-atrocitajiet li twettqu min suldati Amerikani gewwa l-habs Ghabu Ghraib, u nuqqas tad-drittijiet umani lill prigunieri gewwa Guantanamo.
|
|
| Articles Main Page | |