It-Trattat ta’ Liżbona - Mary Gauci |
|
Zminijietna – Harga April - Gunju 2009 |
|
Qabel ma tfassal it-Trattat ta’Liżbona kienet saret Kostituzzjoni li ġiet irrifjutata f'referenda li saru ġewwa Franza u l-Olanda. Il-kbarat ta’ l-Ewropa li jridu Ewropa ċentralizzata, biddlu din il-kostituzzjoni u dawruha fi trattat li bażikament fiha eżatti l-istess kontenut tal-kostituzzjoni minbarra il-packaging u affarijiet kożmetiċi Id-destin ried illi ġewwa l-Irlanda minħabba l-kostituzzjoni stretta ta’l-Irlanda stess, xorta waħda kellu jsir referendum dwar it-Trattat. U hawnhekk Declan Ganley, fundatur ta Libertas, beda l-kampanja tiegħu li wasslet lill-poplu Irlandiż biex jirrifjuta dan it-trattat. Din kienet iż-żerriegħa li minnha nibtet u kibret is-siġra: il-partit il-ġdid Libertas li hu Il-ħasra hi li Malta il-partiti rappreżentati fil-Parlament Malti aċċettaw dan it-trattat mingħajr biss ma saret xi diskussjoni serja dwar dan il-pass, li jista’ jitfa’ lil pajjiżna lura fi żmien il-kolonjaliżmu. Id-diskussjoni fil-parlament, damet biss madwar sagħtejn. Dawn il-65 rappreżentant lanqas biss indenjaw ruħhom jinformaw il-pubbliku x'inhu u x'ifisser eżatti, jew inkella x’jimplika dan it-trattat. Għalija dan huwa skandlu kbir u qed nassumi li il-parlamentari stess lanqas biss ma fehmu t-Trattat. It-trattat ta’ Liżbona jagħti ħafna poter lil ċerti istituzzjonijiet Ewropej u jinħoloq President tal-EU li ma jkunx elett mill-popli. Tinħoloq il-pożizzjoni ta’ Ministru ta' Libertas ma tridx li Malta titlef is-sovranita’ tagħha u tiġi maħkuma minn istituzzjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar lanqas issa m’huma jwieġbu għall-elettorat Malti, aħseb u ara jekk ngħaddulhom aktar poter. It-trattat jikkonsisti f'xi 300 paġna ta’ tibdil u żidiet ta’ trattati ta’ qabel, u biex tifhem sew x’inhu jgħid it-trattat, bħala qarrej trid tirreferi għal xi 2800 paġna ta’ trattati preċedenti! Għalhekk Libertas tissuġġerixxi li jsir trattat ta’ 25 paġna li n-nies ikunu jistgħu jifhmuh u jiddeċiedu dwaru. Is-Sra Gauci hija kandidata għall-parlament Ewropew f’isem il-Libertas |
|
| Articles Main Page | |